Kirsten Coleiro, ġie kkundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li ammetta fil-qorti li kien fil-pusses u xandar materjal indiċenti ta’ persuni taħt l-età.
Skont il-Qorti tal-Maġistrati, ir-raġel kien akkużat li kien fil-pussess ta’ materjal indiċenti u li kiseb aċċess għalih permezz ta’ teknoloġiji tal-informazzjoni u komunikazzjoni. Apparti minn hekk kien ukoll akkużat li pproduċa, xerred jew ippermetta li jiġi prodott materjal indeċenti li juri persuni minorenni.
Ir-raġel tressaq quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, fejn ammetta għall-akkużi miġjuba kontrih f’każ relatat ma’ attivitajiet li allegatament seħħew fil-21 ta’ Settembru 2024 u f’perjodu ta’ żmien qabel dan.
Fil-Qorti xehed il-psikologu u sesswologu Nicholas Briffa, li spjega li Coleiro kien wera kooperazzjoni u rimors għall-azzjonijiet tiegħu u li preżentament qed jattendi għall-sessjonijiet ta’ terapija.
Il-qorti nnutat li Coleiro għamel ammissjoni bikrija tal-akkużi kontrih u li din ġiet ikkonfermata aktar tard matul il-proċeduri. Madankollu, il-qorti enfasizzat li minkejja l-ammissjoni, ir-reati huma ta’ natura serja u jġorru magħhom pieni ta’ priġunerija.Finalment il-Qorti kkundannat lil Kirsten Coleiro għal sentejn priġunerija sospiżi għal perjodu ta’ erba’ snin u imponiet ordni ta’ trattament għal ħames snin sabiex l-imputat ikompli jirċievi l-għajnuna terapewtika meħtieġa.
//= $special ?>

