It-Tnejn filgħodu nstabet balena mejta f’Kemmuna. Is-sitwazzjoni ġiet irrappurtata mill-Awtorita għall-Ambjent u r-Riżorsi, (ERA), li immedjatament bdiet tikkoordina mal-awtoritajiet fosthom ma’ Nature Trust. Din il-balena li instabet fi stat avvanzat ta’ dekompożizzjoni kienet tiżen madwar tunnellata u nofs.
Matul l-aħħar sigħat, saru valutazzjonijiet mill-ERA flimkien mal-veterinarju Dr Gruppetta u uffiċjali oħrajn biex jiddeterminaw l-iktar mod sikur u effettiv biex titneħħa l-balena minn din iż-żona.

L-awtoritajiet qed iħeġġu lill-pubbliku biex iżomm ‘il bogħod mill-balena li hemm mejta u ma jmisshiex. Dan għaliex peressli l-baleni huma mammiferi, ċerti kundizzjonijiet jew mard jistgħu potenzjalment jiġu trasmessi.
//= $special ?>

