Internazzjonali

Turkija: Akkużi serji kontra l-isfidant ta’ Erdogan

Ekrem Imamoglu, hu l-persuna prinċipali li qed tiġi mfittxija fuq każ ta’ korruzzjoni.

Imamoglu, ta’ 55 sena, ġie arrestat fl-aħħar ta’ Marzu li għadda – fl-istess jum li nħatar bħala mexxej tar-Republican People’s Party u kandidat għall-presidenza tal-2028.

Hu jinsab akkużat b’aktar minn 140 reat, inkluż korruzzjoni u li mexxa organizzazzjoni kriminali – akkużi li jistgħu jwasslu sa ħabs għal għomru.

Il-partitarji ta’ Imamoglu qal li dawn l-allegazzjonijiet huma attakki politiċi mill-President Tork u l-alleati tiegħu …..minħabba li l-popolarità tiegħu qed tiżdied.

L-arrest tiegħu ikkawża l-akbar protesti f’dawn l-aħħar għaxar snin fit-Turkija, li rriżultaw f’ħafna arresti u tensjoni politika kbira fil-pajjiż.