Lokali Parlament

36 tarbija twieldu fl-2025 minn ommijiet barranin u kienu reġistrati b’unknown father f’Malta u f’Għawdex

Fl-2025 kien hemm 36 tarbija li twieldu minn ommijiet ta’ nazzjonalità barranija, u li kienu reġistrati b’unknown father f’Malta u f’Għawdex.

Dan in-numru ta’ twelidijiet tah fil-Parlament Byron Camilleri, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol; għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Chris Said li staqsa lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol; kemm mit-trabi mwielda minn ommijiet ta’ nazzjonalità barranija, f’Malta u Għawdex fl-2024 u l-2025, kienu reġistrati b’unknown father’, maqsuma sena b’sena.