Lokali Parlament

59 każ kontra Malta fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem

Kien hemm 59 każ kontra Malta, mill-2020 sal-2025 fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.

Dan ikkonfermah fil-Parlament Jonathan Attard, il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni; għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo li staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni; jgħid kemm kien hemm każijiet kontra Malta fil-Qorti ta’ Strasburgu mill-2020 sal-2025 u x’kien l-eżitu ta’ kull każ.

Jirriżulta li 16-il każ għadhom pendenti.