Mill-fażi tal-aħħar sittax tal-UEFA Champions Leasgue, fit-Turkija telfa minima ta’ 1-0 għal Liverpool kontra Galatasaray. Il-gowl uniku tal-partita kien skorjat kmieni fil-partita meta Victor Osimhen għadda lejn Mario Lemina li xeħet wara Alisson għal 1-0, b’Galatasaray jamministraw il-partita u Liverpool ftit li xejn juru inizijattiva min-naħa tagħhom.
F’St’James’ Park draw ta’ 1-1 bejn Newcastle u Barcelona. Bil-partita destinata għal draw ta’ 0-0, il-gowl ta’ Newcastle wasal fis-86 minuta meta Jacob Murphy għadda lejn Harvey Barnes li xeħet fix-xibka u tefa’ l-partitarji f’dillirju ta’ ferħ. Madanakollu, penalty ta’ Lamine Yamal fis-96 minuta salva draw importanti għal Barcelona.
Fil-Civitas Metropolitano rebħa konvinċenti għal Atletico Madrid fuq Tottenham bl-iskor ta’ 5-2. L-Ispanjoli erba’ gowls vantaġġ f’inqas minn 25 minuta b’gowl minn Marcos Llorente, Antoine Griezmann, Julian Alvarez u Le Normand. Għal Tottenham sostituzzjoni bikrija għall-goalkeeper żagħżugħ Antonin Kinsky, li kien qed jilgħab l-ewwel partita tiegħu fil-UEFA Champions League. Pedro Porro skorja gowl għal Spurs fis-26 minuta b’ Julian Alvarez jagħmilhom 5-1 fil-55 minuta. Dominic Solanke skorja it-tieni gowl għal Tottenham fis-76 minuta.
Riżultati: Galatasaray v Liverpool 1-0, Atalanta v B.Munich 1-6, Newcastle v Barcelona 1-1, A.Madrid v Tottenham 5-2
//= $special ?>

