Lokali

Id-deal tal-LNG jiskadi f’Awwissu : “Qed ninnegozjaw”

Id-deal għall-provvista tal-gass se jkun qed jiskadi f’Awwissu ta’ din is-sena.

U fl-eventwalità li l-LNG jispiċċa, pajjiżna jkollu jserraħ biss fuq interconnector li bena Gvern Nazzjonalista u l-impjant tad-diesel li kien fassal il-Gvern ta’ Robert Abela.

Net News staqsa lill-Ministru Miriam Dalli dwar il-pjan tal-Gvern ġaladarba ninsabu biss 5 xhur bogħod mid-data tal-iskadenza ta’ dan id-deal, bil-Minsitru Dalli tgħid biss li għaddejin id-diskussjonijiet – iżda ma tat ebda pjan konkret dwar x’se jiġri wara Awwissu.

Il-ftehim għall-provvista tal-gass kien ġie spjegat fil-pjan ta’ emerġenza li tfassal fl-2022, meta sar ftehim bejn il-fornituri tal-LNG u l-Gvern biex Malta tirċievi provvista sal-2026.

Issa, pajjiżna jinsab ftit xhur biss ‘il bogħod mill-iskandenza ta’ dan il-kuntratt. U għaldaqstant jidher li l-Gvern għad ma għandux pjan konkret dwar x’se jkun qed jiġri wara Awwissu 2026. B’Miriam Dalli tgħid li t-taħdidiet għaddejin – meta ninsabu fl-eqqel ta’ taqlib ġeo-politku enormi.

Jekk pajjiżna ma jkollux provvista tal-gass għat-tanker li hemm fil-bajja ta’ Marsaxlokk, il-Gvern Laburista jkollu jistriħ prinċiparjament fuq l-interconnector li jgħaqqad lil Malta ma’ Sqallija.