F’Għawdex, kompliet tinstema’ l-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ Nenad Kovacic – il-Kroat mixli bil-pussess u traffikar ta’ 76 kilo kokaina f’Għawdex.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Jean Paul Grech semgħet kif il-qabda rekord ta’ kokaina li saret f’Għawdex f’Ottubru li għadda, kellha purità ta’ 90%.
Id-droga kellha valur fis-suq ta’ €9 miljun.
Fil-karozza, il-Pulizija sabu 18-il blokka kokaina moħbija f’baskett.
Fi tfittxija li seħħet f’dar fix-Xagħra, li kien qed jikri l-akkużat instabu 52 blokka oħra.
Espert forensiku li analizza d-droga spjega li l-purità ta’ 90% hija ferm ogħla mill-medja tas-soltu, u li bejn l-2022 u l-2024 kienet tvarja bejn 41% u 79%. Xehed ukoll li l-valur fis-suq ta’ din id-droga huwa stmat li jlaħħaq l-€4,359,982.
Id-difiża f’dan il-każ qed titmexxa mill-avukati Franco Debono u Nicholas Mifsud.
//= $special ?>

