Enerġija Internazzjonali

Jerġa’ jonqos il-prezz tal-gass u taż-żejt

Il-prezzijiet tal-gass u taż-żejt reġgħu bdew jonqsu wara li l-President Amerikan stqarr li l-gwerra fl-Iran se tispiċċa dalwaqt.

Iż-żejt niżel għal madwar 90 dollaru kull barmil.

Intant, matul il-lejl komplew ir-raids kontra l-Iran. Dan filwaqt li l-Iranjani laqtu bażi Amerikana fl-Iraq.

Il-kunflitt fil-Golf issa daħal fil-11-il jum tiegħu. Bl-Iran qed jinsisti li din l-azzjoni militari kienet ‘Operation Epic Mistake’ – titlu li taw sabiex jirridikolaw id-deċiżjoni ta’ Trump.