Lokali

Il-Pulizija jarrestaw lill-Isqalli Salvo Di Prima

Arrestat l-Isqalli Salvatore Di Prima li jinsab akkużat bl-attentat ta’ qtil fuq uliedu.

Ir-raġel ġie arrestat għall-ħabta tas-7pm wara operazzjoni delikata mill-Pulizija fl-inħawi ta’ Baħar iċ-Ċagħaq – fejn kienu ilhom ifittxu minn nhar is-Sibt li għadda.

Di Prima kien qed jiġi mfittex mill-Pulizija wara li ħa liż-żewġ uliedu – tifel ta’ 12-il sena u t-tifla ta’ 10 snin – f’Baħar iċ-Ċagħaq qrib il-White Rocks, bl-intenzjoni li joqtolhom.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Dan l-arrest kien possibbli grazzi għall-ħidma tal-Pulizija bl-assistenza tal-Protezzjoni Ċivili u l-Forzi Armati ta’ Malta.

Il-Pulizija irringrazzjat ukoll lill-pubbliku għall-kooperazzjoni tiegħu.