Kompliet il-fażi tal-gruppi tal-Kampjonat tal-Ewropa tas-Snooker, f’Gandia, fi Spanja fejn il-plejers Maltin rebħu erba’ logħbiet minn ħamsa li lagħbu fihom waqt it-tieni jum ta’ kompetizzjoni.
Brian Cini, kontra l-Ispanjol, Jose Ignacio Enciso, kellu prestazzjoni mill-aqwa u fit-tliet frames wettaq breaks tajbin fejn għamel 86 punt, 101 punt u 66 punt rispettivament.
Aaron Busuttil, Chris Peplow u Joseph Casha, t-tlieta li huma rebħu bi skor identiku ta’ 3-1 nbiex kisbu t-tieni rebħa.
Aaron Busuttil rebaħ kontra Martin Orinak tas-Slovakkja, filwaqt li Chris Peplow għeleb lil Awstrijak, Thomas Janzso. Joseph Casha rebaħ kontra Kayhan Durukan tat-Turkija.
L-uniku plejer li tilef kien Philip Ciantar li lagħab kontra ċ-champion kurrenti Spanjol, Daan Leyssen Janssens li għeleb lill-Malti 3-0, bil-frames jintemmu, 50-54, 32-66 u 2-69. Il-kwalifikazzjoni ta’ Ciantar issa tiddependi mil-logħbiet li jonqos fi Grupp S.
//= $special ?>

