“Robert Abela gideb lill-pensjonanti meta kien wiegħed illi se jkunu eżentati mit-taxxa jekk għandhom dħul ieħor apparti l-pensjoni.”
Kienet din id-dikjarazzjoni li għamlu s-Shadow Ministers Adrian Delia u Graham Bencini meta spjegaw illi Abela gideb meta qal illi l-pensjonanti li għandhom dħul addizzjonali, bħal investimenti u kirjiet fost l-oħrajn, se jkunu eżenti mit-taxxa. Tant hu hekk li l-Legal Notice maħruġa mill-Gvern Laburista b’rabta ma’ dan turi iswed fuq l-abjad illi dawk biss li għandhom sa massimu 37,000 ewro fis-sena f’pensjoni se jkunu eżenti mit-taxxa.
Fil-fatt, Graham Bencini spjega illi minkejja li l-Partit Nazzjonalista jaqbel illi l-pensjonanti jkunu eżenti mit-taxxa fejn tidħol il-pensjoni tagħhom, il-Partit Nazzjonalista huwa kontra li l-Prim Ministru jigdeb lill-poplu bl-aktar mod sfaċċat.
Hekk kif spjega illi huma ftit ħafna dawk li jaqilgħu 37,000 ewro f’pensjoni f’sena – meta 30% tal-pensjonanti huma f’riskju ta’ faqar.

Minn naħa tiegħu Adrian Delia spjega li bosta kienu ħerqana wara li semgħu lill-Prim Ministru Robert Abela fi żmien il-Budget…meta kien stqarr li se jkunu qed jiffrankaw eluf ta’ ewro f’taxxa, anke dawk il-mitt elf li huma f’xifer ta’ faqar f’pajjiżna.
Adrian Delia insista li huwa nġust u rresponsabbli li tinganna l-anzjani.
Apparti minn hekk, spjega li hemm diskrepanza bejn dak li qed jgħid il-Ministru Clyde Caruana u dak li qed jgħid il-Prim Ministru – li qed jigdeb b’mod sfaċċat.

Il-PN spjega illi fil-politika, meta tagħmel dikjarazzjoni falza, għandha tittieħed azzjoni – b’mod speċjali meta f’dan il-każ il-Prim Ministru b’mod premeditat u maħsub qed jigdeb sabiex jixtri voti ftit xhur qabel elezzjoni ġenerali.
Huwa propju għalhekk illi s-Shadow Ministers appellaw sabiex jew dan il-kliem mhux veritier jiġi irtirat jew inkella kif wiegħed – jeżenta mit-taxxa, b’mod totali, lill-pensjonanti li għandhom dħul addizzjonali… kif fil-verità kien wiegħed.
//= $special ?>

