Il-Fondazzjoni Kulturali Papa San Ġwanni Pawlu II (JP2 Cultureal Foundation) ser torganizza serata ta’ mużika u poeżija “LEĦĦA Dawl fid-Dlam” matul dan iż-żmien ta’ tħejjija għall-Ġimgħa Mqaddsa.
Is-serata ser tospita l-kwartet tal-korda (JP2 Satring Quartet) magħmul minn erba’ mużiċisti nisa residenti f’Għawdex. Huma se jdoqqu xi xogħlijiet ta’ Fauré, Bach, Tartini, Vivaldi, Scumann, Mozart, Schubert, Lorenc, Handel, Albinoni u Pergolesi.
Għal din l-okkażjoni, il-Kavallier Joe M. Attard ser jaqra xi poeżiji mill-ktieb tal-poeżija tiegħu li għadu kif ġie ppubblikat “L-GĦAJNA TAT-TIFKIRA”. Din l-attività se ssir nhar it-Tnejn 23 ta’ Marzu 2026 fil-Knisja ta’ San Franġisk t’Assisi, ir-Rabat Għawdex u tibda fis-7.45pm.
Il-Kunsill Lokali tar-Rabat Għawdex flimkien ma’ xi stabbilimenti lokali qed jappoġġjaw is-serata. Il-pubbliku huwa mistieden jattendi.
//= $special ?>

