Lokali

Studenti jitgħallmu fuq l-importanza tal-pożittività permezz ta’ inizjattiva tal-Missio

Ritratt: Catriel Farrugia Sghendo

Be Positive!

Din hija t-tema tal-inizjattiva li qed tieħu ħsieb il-Missio u li qed tittella f’diversi skejjel madwar Malta qabel il-maratona tas-sibt li ġej. Dan sabiex ikunu jistgħu jkomplu jgħinu lin-nies fil-bżonn.

It-Tlieta filgħodu din l-inizjattiva laħqet il-qofol tagħha fl-iskola Primarja tal-Għargħur; bit-tfal anke tefgħu d-donazzjonijiet tagħhom fil-karus.

Ritratt: Catriel Farrugia Sghendo

Net News tkellem ma’ uħud mill-istudenti preżenti, illi tkellmu dwar l-importanza li jkun hawn aktar pożittività fid-dinja.

Tkellimna wkoll ma’ Nancy Camilleri minn Missio Malta, fejn spjegatilna li din l-inizjattiva saret sabiex jgħinu lil dawk in-nies li huma fil-bżonn – iżda fuq kollox sabiex it-tfal minn età żgħira jitgħallmu fuq l-importanza tal-ġenerożità.

Dan apparti li spjegat ukoll kif bil-ġenerożità tal-poplu Malti u Għawdxi, il-Missio se tkun tista’ tkompli tibni skola għal tfal neqsin mis-smigħ fl-Etijopja.

Intant, il-maratona tal-Missio se ssir nhar is-Sibt li ġej u se tixxandar fuq l-istazzjonijiet lokali – fosthom Net Television.