Terremot ta’ qawwa ta’ 6.1 laqat il-Baħar Tirren ’l barra mill-kosta tal-punent tal-Italja kmieni llum filgħodu.
Dan kien kkonfermat miċ-Ċentru Ġermaniż ta’ Riċerka għax-Xjenzi (GFZ). It-terremot kien f’fond ta’ 377 km (234 mil).
It-terremot seħħ 13-il km ‘il bogħod minn Anacapri, il-belt metropolitana ta’ Napli fl-Italja propju tliet minuti wara li daqqaw it-tokki ta’ nofsillejl.
Kollox jindika li dan it-terremot ma kellu l-ebda impatt.
//= $special ?>

