Meta tkompla l-Kampjonat tal-Malta Amateur Football Association, Valletta St Paul’s għelbu lil Marsa St Michael’s bl-iskor ta’ 2 – 1.
Valletta St.Paul’s telgħu bi 11-il punt fil-klassifika fejn wettqu reazzjoni wara riżultati mhux daqstant pożittivi fl-ewwel round. Valletta fetħu l-iskor fit-12-il minuta permezz ta’ Guillherme De Lima Mendes sabiex fit-30 minuta, Ayoub Assim għamel l-iskor indaqs għal Marsa. Valletta St Paul’s skorjaw il-gowl tar-rebħa fis-47 minuta permezz ta’ Juan Esteban Zarate Ortega.
Referee kien Jean Pierre Mifsud.
Senglea Gunners m’approfittawx minn dan ir-riżultat biex jersqu aktar viċin il-quċċata meta sfaw miżmuma fi draw ta’ 1-1 minn San Ġiljan Saints. Kienu Senglea li fit-8 minuta marru fil-vantaġġ minn penalty skorjat minn Ousman Jallow fit-8 minuta minn penalty, sabiex Sam Whelan skorja l-gowl tad-draw għal San Ġiljan fil-61 minuta.
Referee kien Milos Krstic.
Valletta Stars u Balluta Barracudas temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw ta’ 2-2 fejn Matthew Mallia poġġa lil Balluta fil-vantaġġ wara biss tliet minuti sabiex Marena Damang ġab l-iskor indaqs għal
Valletta Stars li marru fil-vantaġġ permezz ta’ Benjamin Chinagoro Onyeawulotu qabel ma’ Matthew Mallia għamel l-iskor 2 – 2.
Referee kien Jean Pierre Sammut.
Fil-kampjonat tat-tieni diviżjoni, Birżebbuġa St Peter’s AFC għelbu lil Naxxar Victorians 7-1.
Filwaqt li Ħamrun Sporting kellhom bidu perfett tat-tieni round wara rebħa ta’ 5-0 fuq Mqabba Albions.
//= $special ?>

