Fil-Ġermanja draw mhux mistenni għal Arsenal barra minn darhom kontra Bayer Leverkusen bl-iskor ta’ 1-1. Bl-ewwel taqsima tintemm mingħajar gowls, Leverkusen fetħu l-iskor fis-46 minuta meta minn azzjoni ta’ corner kien il-captain Robert Andrich li bir-ras għeleb lil David Raya għal 1-0. B’Arsenal jagħfsu lill-avversarju u jfittxu l-gowl, fid-89 minuta huma ngħataw penalty għal foul fuq Noni Madueke fil-kaxxa. Mill-ħdax-il metru inkariga ruħu l-eks tal-partita Kai Havertz li ma żbaljax u salva draw li se jieħdu magħhom fit-tieni leg, fl-Emirates Stadium.
Fil-Bernabeu, Real Madrid għelbu lil Manchester City bl-iskor ta’ 3-0 minkejja d-diversi injuries li bħalissa qed iħabbat magħhom il-kowċ Alvaro Arbeloa. Bla dubju protagonista għalihom il-captain Federico Valverde li skojr tripletta fl-ewwel taqsima. Huma fetħu l-iskor fl-20 minuta meta minn ballun fit-tul tal-goalkeeper Thibaut Courtois, Valverde għadda tajjeb, qabeż lil Gianluigi Donnarumma u f’lasta vojta ma żbaljax għal 1-0.
It-tieni gowl wasal seba’ minuti wara meta din id-darba kien Vinicius Jr li sab lil Valverde li b’xutt fil-baxx ikkonkluda fix-xibka. Fit-42 minuta Valverde għaqqad il-hat-trick personali meta irċieva tajjeb fil-kaxxa, qabbeż il-ballun minn fuq id-difensur Marc Guehi u b’konklużjoni b’saħħitha għeleb lil Donnarumma għal 3-0.
Riżultati: B.Leverkusen v Arsenal 1-1, Bodoe v Sporting 3-0, PSG v Chelsea 5-2, R.Madrid v Man City 3-0
//= $special ?>

