Knisja Lokali

IKUN LI TRID INT – Il-Musical… It-Triq tas-Salib

Dramm Mużikali

Ikun li trid int – It-Triq tas-Salib huwa musical li se jsir fil-Knisja Parrokkjali ta’ Floriana nhar it-Tnejn, 23 ta’ Marzu fis-7:30pm.

Il-kliem u mużika huma ta’ Profs. Manwel Mifsud u Thérèse Cassar. L-Arranġamenti orkestral huma ta’: Mro Paul Abela u d-direttur mużikali hu Mro Manoel Pirotta.

Se jipparteċipaw f’dan il-musical il-kor Maranatha u l-kor tal-Istudenti tal-Iskola Sekondarja Nord-Østerdal min-Norveġja b’direzzjoni ta’ Jelena Zlatarov-Marcetic.

Id-dramm jinkludi kantanti u biċċiet mużikali dwar it-tema tat-Triq tas-Salib (l-Istazzjonijiet tas-Salib). Din hija produzzjoni importanti għal dan iż-żmien tas-sena, li tħares lejn temi reliġjużi u soċjali. Hija biċċa apprezzata ħafna fl-istorja mużikali Maltija, li tgħaqqad temi reliġjużi ma’ mużika rock moderna.

Fit-tieni parti tal-kunċert se jindaqqu t-Trauermusik (Manoel Pirotta); Ave Verum Corpus (W.A. Mozart); Pie Jesu (Andrew Lloyd Webber); Panis Angelicus (César Franck); Henning Sommerro – Kveldssalme u Ġrajjietna (Manuel Pirotta).

Biljetti għal dan il-musical huma ta’ €10 li jinbiegħtu mill-bieb.