Malcolm Pisani ġie rikonoxxut fil-European International Music Awards wara s-suċċess li kiseb fil-Malta Entertainment Awards 2026. Il-kantant u preżentatur Malti ġie nominat għall-Aħjar Kanzunetta u l-Aqwa Mużika Video għas-single tiegħu I Found You.
In-nominazzjonijiet ġew biss ġimgħat wara li Malcolm rebaħ ħames premjijietmfil-Malta Entertainment Awards. Matul iċ-ċerimonja, rebaħ Best Male Pop / Commercial Singer of the Year, l-Aqwa Kanzunetta tas-Sena għal I Found You, u l-Aqwa Music Video tas-Sena għall-istess kanzunetta. Irċieva wkoll il-premjijiet għall-Aqwa Personalità ta’ Programm tat-Televiżjoni u Preżentatur tas-Sena u l-Aqwa Preżentatur tal-Midja u l-Avveniment tas-Sena.
//= $special ?>

