Kurżitajiet Lokali

PROFILI: “Kont xejjirt il-bandiera tal-UE fid-dawl tal-ħruq tal-istess bandiera jiem qabel” – Alan Deidun

PROFILI llejla fid-9.35pm fuq NET TV

Fi PROFILI tal-lejla se jkunu qed niltaqgħu mal-Prof. Alan Deidun fejn miegħu d-diskussjoni se teħodna fuq il-valuri Ewropej imma wkoll fuq l-ambjent marittimu ta’ pajjiżna u fir-reġjun.

Alan Deidun illum huwa Ambaxxatur Malti għall-baħar, u l-ħidma tiegħu hija ffukkata fuq il-ħajja fil-baħar.

“Il-baħar illum tħammeġ, huwa mniġġes, biex nara baħar ċar irrid immur x’imkien fl-imwarrab”

Huwa se jgħidilna wkoll fuq il-kampanji tal-ġbir tal-plastik u kif ukoll il-ħsieb fuq il-fliexken tal-ħġieġ.

PROFILI għandu l-produzzjoni u l-preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul, u l-programm tal-lejla għandu muntaġġ ta’ Philip Grech.

Wieħed jista’ jsegwi l-episodji kollha ta’ ‘PROFILI’ fuq YouTube jew anki fuq Spotify.