Raġel ta’ 53 senangħata sentenza sospiża ta’ ħabs wara li temm programm ta’ riabilitazzjoni mid-droga b’suċċess. Ir-raġel kien instab ħati ta’ traffikar u pusses ta’ erojina.
Il-każ seħħ fit-18 t’Awwissu tal-2010, meta r-raġel twaqqaf mill-Pulizija qrib il-bandli ta’ Ħaż-Żabbar…u meta resqu lejh rema mal-art borża li kien fiha d-droga erojina.
Il-Qorti qalet li hemm biżżejjed provi biex jinstab ħati ta’ pussess u traffikar iżda kkunsidrat ukoll il-fatt li John Mary Axiaq irnexxielu jwettaq b’suċċess programm biex jeħles mill-vizzju tad-droga.
Finalment hu kien ikkundannat lir-raġel tmintax-il xahar ħabs sospiżi għal sentejn, u ġie ordnat iħallas €170 fi spejjeż tal-espert tal-Qorti… ma’ multa ta’ €1,500.
//= $special ?>

