Raġel ta’ 61 sena residenti Raħal Ġdid indarab wara li kien involut f’ħabta bil-mutur tiegħu ma’ karozza.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-17:30 pm Vjal Kristu Re, Raħal Ġdid.
Fuq il-post issejħu l-pulizija u tim mediku sabiex jassistu. Aktar tard ir-raġel ta’ 61 sena ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, għal aktar assistenza medika. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.
Intant, fi stqarrija Transport Malta għarrfet lill-pubbliku li l-istess triq fejn seħħ l-inċident, direzzjoni lejn Ħal-Tarxien tinsab magħluqa. Apparti minn hekk ħeġġet lis-sewwieqa kollha sabiex jirrikorru għal toroq alternattivi.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

