L-Awtoritá tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) u l-Awtoritá għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq ix-Xogħol
(OHSA) ħarġu notifika ta’ Stop Works b’rabta mal-ħajt li ċeda f’San Pawl il-Baħar aktar kmieni matul il-jum.
Iż-żewġ awtoritajiet issejħu fi Triq is-Simar, f’San Pawl il-Baħar, wara rapport li daħal fuq il-linja 138 li
kien hemm ħajt li ċeda.Minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li l-ħajt twaqqa’ sabiex ikunu jistgħu ssiru x-xogħlijiet meħtieġa u li t-triq hi waħda privata.
Minkejja li m’hemmx periklu imminenti il-BCA U l-OHSA, ħarġu notifika ta’ Stop Works u talbu lill-Perit tal-proġett sabiex jikkonstata li ma hemm ebda periklu għat-terzi.
//= $special ?>

