Ir-rapporti ta’ storbju eċċessiv matul is-sena li għaddiet madwar Malta u Għawdex, kienu 466.
Byron Camilleri, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol; qal fil-Parlament li dawn kienu jinkludu każi relatati ma’ storbju kkawżat minn annimali, storbju kkawżat bħala konseg.wenza ta’ argumenti, ħruq ta’ nar pirotekniku, daqq ta’ mużika qawwija, irrevvjar ta’ vetturi u storbju waqt xogħol ta’ kostruzzjoni.
L-informazzjoni ngħatat għal mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo.
Jirriżulta wkoll li matul is-sena 2025, skont tagħrif miġbur mis-sistema tal-
Pulizija, taħt il-kategorija ta’ ksur tal-paċi u l-ordni pubblika, f’Ħ’Attard ġew irreġistrati ħames każijiet; u fil-Mosta kien hemm15-il każ.


