Lokali

Alex Borg jiltaqa’ mal-Ambaxxatriċi Griega f’Malta

Il-Kap tal-PN Alex Borg laqa’ lill-ambaxxatriċi Griega Stella Bezirtzoglou f’laqgħa ta’ kortesija fid-Dar Ċentrali tal-PN, fejn kienu diskussi r-relazzjonijiet b’saħħithom bejn iż-żewġ pajjiżi.

Fil-fatt, huma iddiskutew numru ta’ setturi li fihom tista’ ssir kolaborazzjoni b’saħħitha bejn dawn iż-żewġ pajjiżi, b’mod speċjali fit-turiżmu, fl-industrija marittma, l-enerġija rinovabbli, l-edukazzjoni u r-riċerka u anke koperazzjoni reġjonali. Dan anke meta tikkunsidra li huma l-eluf ta’ ċittadini Griegi u Maltin li jsiefru regolarmanet bejn iż-żewġ pajjiżi. Huma ddiskutew anke id-diffikultajiet li qed jinħolqu minħabba s-sitwazzjoni ġeo-politika preżenti.

Minn naħa tagħha, l-ambaxxatriċi spjegat illi dawn ir-relazzjonijiet jistgħu biss jitjiebu hekk kif il-pajjiżi jaqsmu opportunitajiet simili. Fejn anke għamlet referenza għar-relazzjoni b’saħħitha ta’ Alex Borg mal-Prim Ministru Grieg Kyriakos Mitsotakis.

Il-Kap tal-PN Alex Borg spjega, li huwa se jibqa’ impenjat sabiex ir-relazzjonijiet bejn dawn l-istati, jibqgħu b’saħħithom u jkomplu jikbru u jimmaterjalizzaw ġaladarba hu jkun fit-tmun tal-Gvern.

Preżenti għal-laqgħa kien hemm is-Segretarju Internazzjonali tal-PN Beppe Galea