Kummerċ Lokali

Artisti Maltin jiksbu opportunitajiet ġodda permezz ta’ Creative Europe


Il-Programm Creative Europe, li jipprovdi finanzjament lill-artisti u lill-organizzazzjonijiet kulturali, qed ikompli jirreġistra success f’pajjizna.
B’baġit totali ta’ €2.44 biljun, il-programm qed jiżdied fil-popolarità u qed jattira interess akbar fost l-artisti u l-entitajiet kulturali Maltin. Individwi u organizzazzjonijiet b’ideat kulturali innovattivi u distintivi huma mħeġġa japplikaw. L-applikanti eliġibbli jinkludu NGOs, entitajiet pubbliċi, Kunsilli Lokali, organizzazzjonijiet privati, istituzzjonijiet edukattivi, persuni li jaħdmu għal rashom u entitajiet oħra.
Fost il-benefiċjarji Maltin taħt is-Sejħa tal-Proġetti ta’ Kooperazzjoni Ewropea hemm Voca Choir, Studio 18, Migrant Women Association Malta, u l-Università ta’ Malta. Din is-sejħa tappoġġja proġetti transnazzjonali li jrawmu l-ħolqien u ċ-ċirkolazzjoni ta’ xogħlijiet artistiċi Ewropej filwaqt li jippromwovu l-innovazzjoni fis-setturi kulturali u kreattivi.
Il-fergħa tal-Kultura tal-programm tinkludi wkoll diversi opportunitajiet oħra ta’ finanzjament, fosthom Culture Moves Europe, li toffri opportunitajiet ta’ mobilità iffinanzjati għal artisti ta’ 18-il sena jew aktar; Circulation of European Literary Works, li tappoġġja t-traduzzjoni ta’ kotba f’lingwi Ewropej oħra; l-European Networks of Cultural and Creative Organisations, li ssaħħaħ netwerks transnazzjonali bbażati fuq sħubija sabiex itejbu l-kapaċità, id-diversità u lkompetittività fis-settur; kif ukoll l-European Platforms for the Promotion of Emerging Artists, li tappoġġja netwerks transnazzjonali li jidentifikaw u jippromwovu talent emerġenti, u b’hekk jagħtu lill-artisti l-opportunità juru x-xogħol tagħhom fuq livell internazzjonali u jespandu lfirxa tagħhom lil hinn mill-fruntieri.
Għal aktar informazzjoni dwar il-Programm Creative Europe u gwida dwar kif wieħed jista’ japplika għas-sejħiet attwali wieħed jista’ jżur il-paġna ta’ Facebook ta’ Creative Europe Desk Malta, is-sit elettroniku www.creativeeurope.mt, jew iċempel fuq 20908990/1.