Diversi residenti ta’ Wied il-Għajn jinsabu rrabjati għall-mod kif il-Gvern qed iwettaq xogħol mal-kosta fl-inħawi tal-Fajtata, fejn saħansitra inbniet struttura bla permess.
Dan hu parti minn xogħol li qed isir minn Infrastructure Malta fiz-zona tal-bajja ta’ San Tumas – struttura tal-konkos li ġiet eżatt mal-kosta.
Sorsi kkonfermaw ma’ Net News li din il-binja hija llegali, għaliex saret bla permess.
Jirriżulta li l-awtoritajiet ma kellmux lill-Kunsill Lokali qabel inbniet din il-kamra tal-konkos mal-baħar.



