Fact Checker ippubblikat illum mit-Times of Malta jikkonferma l-qerq ta’ Robert Abela dwar it-taxxa tal-pensjonanti, hekk kif il-Legal Notice il-ġdida tapplika biss għal dħul mill-pensjoni – u mhux dħul ieħor, kif wiegħed il-Prim Ministru.
Fil-fatt, anke dan il-Fact Checker huwa prova tal-gidba ta’ Robert Abela, li qarraq bil-pensjonanti b’mod sfaċċat.
It-Times tispjega kif l-Avviż Legali biddel biss il-massimu tad-dħul minn pensjoni li issa mhux taxxabbli; xi ħaġa li skont il-Fact Checker se taffetwa biss ftit nies. Dan meta fil-verità, dħul ieħor ġej minn shares, kirjiet jew sorsi oħrajn ma ġiex eżenti mit-taxxa – kif kien wiegħed Robert Abela.
U huwa għalhekk li t-Times tgħid li din il-wegħda kienet qarrieqa.



