Lokali

Il-Floriana se tiċċelebra r-rabtiet mal-Irlanda b’’St Patrick’s (Sun)Day’

Il-Kunsill Lokali tal-Floriana ser jerġa’ jorganizza l-attività annwali St Patrick’s (Sun)Day, attività maħsuba għall-etajiet kollha li tiċċelebra r-rabtiet storiċi bejn il-Floriana u l-Irlanda. Din is-sena l-attività ser issir il-Ħadd li ġej, 15 ta’ Marzu 2026.

Fi stqarrija l-Kunsill Lokali tal-Floriana jorganizza din l-attività mhux bil-għan li jsir “street party” ieħor bħal dawk li jsiru f’lokalitajiet oħra, iżda biex ifakkar u jiċċelebra r-rabtiet antiki u profondi bejn il-Floriana u l-Irlanda.

L-attività tibda fl-10:00am b’marċ mill-Banda San Filep ta’ Ħaż-Żebbuġ, li ser jgħaddi minn diversi toroq tal-Furjana. F’nofsinhar il-marċ jingħaqad mal-Wallace Pipes and Drums Band.

Il-parata tintemm fi Triq il-Konservatorju, fejn għall-ħabta tas-1:00pm jibda programm ta’ divertiment LIVE, bis-sehem ta’:

  • Reel Celtic, akkumpanjati miż-żeffiena tradizzjonali Irlandiża Rihanna Binns
  • Kersten Graham
  • Gianni & Papps
  • Matthew James & Band

Ser ikun hemm ukoll Kids Area, biex l-attività tkun adattata għall-familja kollha, kif ukoll postijiet ta’ ikel u xorb.

Il-Kunsill Lokali tal-Floriana għalaq l-istqarrija billi stieden lill-pubbliku kollu biex jattendi u jgawdi din il-ġurnata ta’ ċelebrazzjoni tal-kultura Irlandiża u r-rabta storika bejn il-Floriana u l-Irlanda.