Futbol Sport

Il-Malta Premier iħabbru d-dettalji kollha għal Gozo Weekender

Il-Malta Premier illum ħabbar li għal sena oħra se jiġi organizzat il-Gozo Weekender, iżda din id-darba f’żewġ okkażjonijiet.

Il-logħbiet tat-Top 6 ta’ Matchday 28, li se tkun bejn il-11 u t-12 t’April, se jintlagħbu fil-Gozo Stadium. Il-partiti tal-Bottom 6 se jsiru Malta.

Matchday 29 se tkun matul il-ġimgħa u b’hekk il-logħbiet ħa jintlagħbu Malta.
Intant, il-logħbiet tal-Bottom 6 ta’ Matchday 30, li hija bejn it-18 u d-19 t’April, se jintlagħbu f’Għawdex filwaqt li dawk tat-Top 6, se jsiru Malta.

Fiż-żewġ okkażjonijiet, ħa jintlagħbu żewġ partiti s-Sibt u waħda oħra l-Ħadd.

Intant, l-MPL qiegħed jistieden lill-klabbs kollha sabiex jgħaqqdu skwadra ta’ plejers ta’ taħt l-10 snin u taħt it-12-il sena, sabiex isir turnew f’Għawdex. Klabbs Għawdxin se jkunu qegħdin jikkompetu wkoll.
Għall-ewwel darba, l-Football Video Support se jintuża f’Għawdex. L-FVS ħa jintuża għal-logħbiet kollha tal-aħħar fażi tal-Closing Round u b’hekk ħa jkun qiegħed jiġi introdott fil-Gozo Stadium.