Kienu għall-ħabta tas-7pm, meta seħħet serqa ta’ madwar 200,000 ewro f’deheb minn ħanut tal-ġojjellerija fi Triq Sant Anna fil-Furjana.
Skont sorsi li tkellmu ma’ din il-kamra tal-aħbarijiet jidher illi l-allegat ħallelin, li allegatament kienu aktar minn wieħed daħlu b’wiċċhom mikxuf u ma kienux armati.
Fil-fatt, jidher li ħadd ma weġġa’ f’din is-serqa ta’ eluf ta’ ewro minn ħanut tal-ġojjellerija.
Il-Pulizija qed tinvestiga d-dinamika ta’ din is-serqa, filwaqt li għaddejja bi tfittxijiet estensivi sabiex issib l-allegat ħallelin.
//= $special ?>

