Lokali

AĠĠORNATA: Il-Pulizija tinvestiga serqa minn ħanut tad-deheb fil-Furjana – il-ħallelin għadhom maħruba

Kien għall-ħabta tal-5pm, meta seħħet serqa ta’ madwar €200,000 f’deheb minn ġojjellerija fi Triq Sant Anna, fil-Furjana.

Skont sorsi li tkellmu ma’ din il-kamra tal-aħbarijiet jidher li l-allegati ħallelin, li allegatament kienu aktar minn wieħed, daħlu b’wiċċhom mikxuf u ma kinux armati.

Fil-fatt, jidher li ħadd ma weġġa’ f’din is-serqa ta’ eluf ta’ ewro minn ħanut tal-ġojjellerija.

Il-Pulizija qed tinvestiga d-dinamika ta’ din is-serqa, filwaqt li għaddejja bi tfittxijiet estensivi sabiex issib l-allegat ħallelin.