Il-Qorti imponiet projbizzjoni fuq l-ismijiet, hekk kif illum tressaq l-Isqalli li jinsab akkużat b’aggressjoni fuq uliedu.
Il-Qorti tal-Maġistrati semgħet kif it-tifla tiegħu – li għandha 10 snin – kienet ħarbet u sabet mara fi Triq il-Kosta; u ttieħdet fl-għassa ta’ San Ġiljan wara li allegat li missierha prova jifgaha u qatel lil ħuha.
Il-missier huwa raġel ta’ 49 sena, imwieled Katanja iżda jgħix Malta. Hu tressaq il-Qorti mixli b’reati serji relatati ma’ attentat ta’ qtil fil-konfront tat-tfal tiegħu. L-akkużat wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.
L-Isqalli inżamm fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
//= $special ?>

