Lokali

Illum se jitressaq il-Qorti Salvatore Di Prima

Aktar tard illum, mistenni jitressaq il-Qorti l-Isqalli li ġie arrestat it-Tlieta, għall-ħabta tas-7pm. Dan wara li lbieraħ kien interrogat fid-Depot.

Ir-raġel kien instab mill-Pulizija wara erbat ijiem ta’ tfittxijiet intensivi fiz-zona ta’ Baħar iċ-Ċagħaq.

Fl-aħħar sigħat, aktar sorsi komplew jagħmlu kuntatt ma’ Net News b’informazzjoni dwar dan l-Isqalli – persuna li kien magħruf sew, għaliex kien iwassal lill-Maltin għal vaganzi fi Sqallija bħala xufier.

L-istess sorsi qalulna li mhux xi sigriet li Di Prima kellu problemi ma’ martu. Tant li t-tnejn li huma kienu rrappurtaw lil xulxin minħabba harresment – imma qatt ma kien hemm rapporti dwar vjolenza domestika.

Minkejja dawn il-problemi, il-Maltin li kellmuna qalulna li qatt ma bassru li Salvatore kien se jasal s’hawn. Cioè, li jattakka lit-tfal tiegħu stess.

Il-Pulizija kienu sabu wkoll messaġġi suwiċidali fuq it-telefown ċellulari tiegħu, li l-informazzjoni minnu għadha qed tkun analizzata.