Futbol Sport

L-ebda partita magħluqa fl-ewwel leg tal-UEL, Nottingham Forest jitilfu f’darhom u draw bejn Bologna u Roma

(Ritratt: EPA)

L-ebda skor kbir fl-ewwel leg tar-rawnd tal-aħħar sittax, il-partiti kollha prattikament miftuħa li juri l-livell bilanċjat tal-konfronti.

Partita kollha Taljana bejn Bologna u Roma tintemm 1-1 f’ Stadio Renato Dell’Ara biex jibqa’ kollox miftuħ fit-tieni leg fl-Olimpico.

Bologna jiftħu l-iskor l-ewwel wara 50 minuta mill-eks Juventua Federico Bernadeschi, biex il-captain tat-tim Ruman, Lorenzo Pellegrini jagħmel l-iskor indaqs fil-71 mintua.

Aston Villa komple il-forma impekkabli tagħhom fil-UEFA Europa League hekk kif għelbu lil Lille 1-0 ġewwa Franza. Il-Villians temmew fit-tieni post tal-klassifika tal-UEFA Europa League, hekk kif kellhom 21 punt, l-istess ammont ta’ Lyon pero kellhom differena tal-gowls iżgħar.

Il-gowl deċiżiv jasal minn Ollie Watkins ftit wara s-siegħa logħob.

Telfa sorprendenti hekk kif il-ġganti Griegi Panathinaikos għelbu lil Real Betis 1-0 fl-ewwel leg, f’partita li rat 7 karti sofor u żewġ karti ħomor.

Anas Zaroury tkeċċa wara li ntwera t-tieni karta saffra tiegħu fid-59 minuta.

Diego Llorente kkometta foul fil-kaxxa, tkeċċa bit-tieni karta saffra u r-referee Pollakk Marchiniak saffar għall-penalty. Inkariga ruħu għall-mument deċiżiv Vincente Taborda li sab ix-xibka b’konklużjoni mill-isbaħ.

VFB Stuttgard kontra Porto hija waħda mill-iżjed partiti li rat gowls, bl-iskor finali jkun 2-1 għall-Portugiżi.

Gowls ta’ Terem Moffi u Rodrigo Mora qabel in-nofsiegħa logħob għal Porto, u gowl li jnaqqas id-distakk minn Deniz Undav fl-40 mintua.

Lyon li temmew fl-ewwel post tal-klassifika tal-UEL ma rnexxielhomx jegħlbu lil Celta Vigo li lagħbu għall-iżjed minn nofsiegħa b’għaxra wara li tkeċċa l-veteran Borja Iglesias fis-56 minuta wara li akkumula t-tieni karta safra tiegħu. L-iskor finali kien 1-1.

Javie Rueda skorja għall-Ispanjoli wara 25 minuta logħob, biex Endrick naqqas l-iskor fis-87 minuta.

Nottingham Forest tilfu l-ewwel leg kontra FC Midtjylland fis-City Ground f’Nottingham, bl-iskor finali ta’ 1-0. Gowl deċiżiv ta’ Che Gue-sung wara 81 minuta.

Fil-UEFA Europa Conference League, Shakhtar Donetsk għelbu lil Lech Poznan 3-1 fil-Polonja. Shakthar jiskorjaw permezz ta’ Gomes, Newerton u Isaque, filwaqt li Poznan jiskorjaw minn Ishak.

Diżappunt kbir għal Crystal Palace li ma rnexxielhomx jegħlbu lil AEK Larnaca f’Selhurst Park, hekk kif temmew fi draw ta’ bla gowls.

Fiorentina rnexxielhom jegħlbu lil Rakow Czestochowa bl-iskor ta’ 2-1. La Viola kisbu din ir-rebħa kruċjali f’mument delikat fl-istaġun permezz ta’ gowls minn Cher Ndour fit-62 minuta u Albert Gudmundsson fit-93 minuta minn penalty.

Rakow skorjaw l-ewwel fis-60 minuta minn Brunes.