It-tanker taż-żejt Zefyros spiċċa milqut f’attakk mill-Iran, hekk kif kien qed ibaħħar lejn il-port ta’ Khor Al-Zoubair.
Dan it-tanker itajjar bandiera Maltija.
Il-midja internazzjonali qed tirrapporta kif fl-aħħar sigħat issoktat ir-ritaljazzjoni min-naħa tal-Iran, f’din il-gwerra li issa ilha għaddejja kważi ġimagħtejn. U fil-mira, hemm diversi bastimenti li qed jiġu attakkati b’missili u drones.
Il-bastiment Zefyros kien attakkat u ħa n-nar f’ibħra Iranjani waqt li kien qed jitrasferixxi xi materjal fuq vapur ieħor.
Abbord kien hemm ekwipaġġ magħmul minn 22 baħri mill-Ġorġja. Kollha ġew salvati.
//= $special ?>

