Lokali

Raġel kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li sfronda saqaf ta’ dar privata f’Ħaż-Żabbar

Rapporti qed jindikaw illi, ir-raġel qabeż fuq il-bejt tal-ġar u kien propju għalhekk li waqa’ s-saqaf bih.

Id-dar li tagħha ċeda s-saqaf, hija antika.

AKTAR KMIENI

Kienu għall-ħabta tad-8:50am, meta sfronda saqaf ta’ dar privata fi Sqaq San Vinċenz f’Ħaż Żabbar.

Dan bil-konsegwenza li kellu jittieħed raġel ta’ 51 sena miż-Żebbuġ Għawdex l-Isptar Mater Dei b’mod urġenti.

Fil-post issejħu minnufih ambulanza u tim mediku mill-Isptar Mater Dei flimkien ma’ uffiċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Il-kundizzjoni tar-raġel Għawdxi għadha pendenti.