Lokali Qorti

Raġel ta’ 77 sena, jwieġeb mhux ħati dwar vettura misjuqa

Raġel ta’ 77 sena residenti x Xewkija, Għawdex, wieġeb mhux ħati għal akkużi relatati ma’ vettura allegatament misruqa meta tressaq quddiem il-Qorti tal-Maġistrati.

Micheal Spiteri, li qal li huwa bla xogħol, huwa akkużat li, f’diversi bnadi f’Malta u Għawdex, xjentement laqa’ għandu jew xtara vettura li kienet misruqa jew miksuba b’reat.

Il-vettura inkwistjoni hija Mercedes 300SL b’numru ta’ identifikazzjoni speċifiku u li skont il-prosekuzzjoni għandha valur ta’ aktar minn miljun ewro. L-akkużi jinkludu wkoll li allegatament kien involut biex ibigħ jew imexxi din il-vettura minkejja li kien jaf jew kellu raġuni jissuspetta li kienet miksuba b’reat.

Id-difiża, immexxija mill-avukati Franco Debono u Marion Camilleri, talbet għall-ħelsien mill-arrest tal-imputat. Il-prosekuzzjoni ma oġġezzjonatx għat-talba.

Il-Qorti laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest u ordnat li r-raġel jinħeles mill-arrest taħt kundizzjonijiet li tistabbilixxi l-Qorti.