Lokali

AĠĠORNATA: Il-bastiment Russu jinsab fl-ibħra internazzjonali riesaq lejn Linosa

Credit: Turkish Maritime Patrol Aircraft

Il-bastiment Russu li l-Awtoritajiet Libjani qalu li kien għereq, ma għereq effettivament xejn madanakollu għadu fil-Baħar Mediterran, preċiżament f’ibħra internazzjonali u riesaq lejn il-gżira Taljana ta’ Linosa.

Dan ġie kkonfermat minn Navy Taljana hek kif preżentament jinsab mat-30 mil nawtiku ‘il bogħod minn din il-gżira, bis-Sindku ta’ Lampedusa jisħaq li hemm tugboat qed teskortah bejn l-Italja u Malta.

Aktar kmieni fi stqarrija uffiċjali, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru Taljan, Giorgia Meloni, insista li se jkun qiegħed jgħin il-Gvern Malti f’dak kollu li hemm bżonn partikolarment fil-moniteraġġ tal-bastiment Russu li ftit tal-jiem ilu ntlaqat minn missila ftit ‘il barra mis-SAR ta’ Malta.

Għal dawn l-aħħar jiem, il-bastiment li solitament iġorr fuqu merkanzija ta’ gass, petrol u żejt, bħalissa jinsab abbandunat għal riħu mingħajr membri tal-ekwipaġġ…osservat kontinwament mill-Awtoritajiet Maltin u Taljani.

Intqal kif il-Gvern Taljan jinsab f’kuntatt mal-Gvern Malti u lest jagħti s-sosten f’dak kollu li hemm meħtieġ.