Il-kantanta Maltija Janice Mangion qed tniedi l-ewwel album tagħha, Kewkba fl-Univers, proġett li jiġbor flimkien 14-il kanzunetta li jirrappreżentaw kapitli differenti tal-vjaġġ artistiku tagħha tul is-snin.
L-album jinkludi 12-il kanzunetta li ġew ippubblikati matul is-snin, flimkien ma’ verżjoni ġdida tal-kanzunetta Univers li wasslet lil Janice sal-finali tal-Malta Eurovision Song Contest 2026. Ma’ dawn hemm ukoll il-kanzunetta Ammen, miktuba minn Peter Borg, Joe Roscoe u Emil Calleja Bayliss.
L-album Kewkba fl-Univers issa huwa disponibbli fuq il-pjattaformi diġitali ewlenin, permezz tad-distribuzzjoni ta’ CAP-Sounds.
//= $special ?>

