Id-Drama Group San Sebastjan se jkun qed itella’ dramm għall-Jiem tal-Ġimgħa Mqaddsa bl-isem “Il-Verità” u li sar bil-kitba u d-direzzjoni ta’ Shaun Formosa.
Il-ġrajja hija bbażata fuq il-karattru fittizju ta’ Elażar, membru rispettat tas-Sinedriju. Magħruf sew fost il-poplu għall-qalb tad-deheb u l-integrità soda tiegħu. Id-dinja ta’ Elażar tinqaleb ta’ taħt fuq hekk kif jibda’jfittex it-tweġibiet mingħand Ġesù ta’ Nazaret, wara li t-tagħlim tiegħu beda jisfida l-pedament sod tat-twemmin tiegħu.
Dan id-dramm se jittella’ it-Tnejn 30, it-Tlieta 31 ta’ Marzu u l-Erbgħa 1 ta’ April, fit-8:15 pm fit-Teatru taċ-Ċentru Parrokkjali San Sebastjan Ħal Qormi.
//= $special ?>

