Lokali

Il-Victim Support Agency tappella għas-sensittività

Il-Victim Support Agency li tassisti persuni li jkunu għaddew minn mumenti diffiċli, tappella għas-sensittività fit-tixrid tal-informazzjoni u kwalunkwe kumment li jsiru dwar każijiet sensittivi.

Il-Victim Support Agency tifhem, tapprezza u tisħaq l-importanza tal-libertà tal-espressjoni, iżda trid tisħaq dwar il-fatt li l-vittmi jkunu għaddejjin minn ċirkostanzi diffiċli u s-sensittività lejhom għandha titpoġġa fiċ-ċentru ta’ kull kunsiderazzjoni.

Kull min jixtieq l-għajnuna tal-professjonisti tal-Victim Support Agency huwa mitlub li jċempel fuq il-linja nazzjonali ta’ sapport għall-vittmi tal-krimintalità 116 006.