Lokali Qorti

Jinżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat b’pussess ta’ droga

Jaidan Vella ta’ 26 sena li jgħix iż-Żejtun, tressaq il-Qorti tal-Maġistrati akkużat b’diversi reati relatati mad-droga.

Il-Każ seħħ fil-11 ta’ Frar meta ż-żagħżugħ twaqqaf minn uffiċjali tal-LESA talli kien qed juża l-mowbajl waqt li kien qed isuq vettura tal-għamla Pegeout. Meta twaqqaf tefgħa xi ħaġa fuq wara tal-karozza u skont l-akkuża kien hemm suspett li setgħet kienet droga. Bil-każ ġiet infurmata l-pulizija li wettqet tfittxija fil-karozza fejn sabet ammont sostanzjali ta’ sustanzi allegatament illegali li inkludew fost l-oħrajn, 25 gramma MDMA, trab roża suspettat li huwa “pink cocaine” u 50 gramma kannabis.

F’dan l-istadju ma saritx talba għal ħelsien mill-arrest.