L-awtoritajiet Belġjani ammettew żball f’investigazzjoni wara li l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali tal-Belġju ħawwad isem l-MEP Daniel Attard mal-Avukat u Sindku Laburista tal-lokalità tal-Għasri, Daniel Attard.
Dan hekk kif dan tal-aħħar kien irċieva tranżazzjonijiet u ħlasijiet mingħand klijenti Ċiniżi u minn Hong Kong u mhux l-MEP Attard.
Xhur ilu rapporti internazzjonali kienu xandru li l-MEP Daniel Attard kien jinsab taħt investigazzjoni b’akkużi u suspetti ta’ tixħim madanakollu l-istess siti internazzjonali issa kkonfermaw ukoll li l-Pulizija Belġjana wettqet żball hekk kif akkużat lil Daniel Attard b’mod skorrett.
L-Ewroparlamentari spiċċa taħt il-lenti wara li kien mar jara partita football ta’ turnew Ewropew tal-Anderlecht, biljetti provduti mill-kumpanija Huaweii, b’Attard jibqa’ jinsisti li hu ma kellux idea mnejn kienu ġew dawn l-istess biljetti. Dan kollu waqt li lobbyists tal-kumpanija Huaweii kienu taħt investigazzjoni.
L-MEP kien sostna wkoll li kien iltaqa’ magħhom madanakollu kienu fuq ir-reġistru ta’ trasparenza bħal kull lobbyist ieħor – każ ta’ Daniel Attard inqabad f’post ħażin f’mument ħażin għall-aħħar.
L-istess Pulizija Belġjana issa ammettiet li t-tranżazzjonijiet għaddew għand l-Avukat u Sindku Laburista Daniel Attard li dak iż-żmien kien qiegħed jassisti xi klijenti sabiex japplikaw għall-iskema ta’ ċittadinanza Maltija bi ħlas, ċioè l-bejgħ tal-passaporti. Jidher ukoll li l-ħlas huwa wieħed leġittimu marbut max-xogħol professjonali tiegħu.
Il-Prosekuturi Belġjani wkoll ammettew l-iżball minn naħa tagħhom u ġie speċifikat li dan mhux l-ewwel żball oħxon li twettaq proprju b’rabta ma’ din l-investigazzjoni hekk kif l-MEP Taljana, Giusi Princi kienet spiċċat taħt il-lenti, minkejja li fi żmien li kellha laqgħat mal-kumpanija Huaweii hi saħansitra ma kinitx għadha Membru Parlamentari Ewropew.
//= $special ?>

