Lokali Qorti

Mara tinstab ħatja ta’ serq ta’ oġġetti minn residenzi ta’ fejn kienet taħem

Grace Borg ta’ 50 sena mis-Swieqi ammettiet fil-Qorti tal-Maġistrati li serqet flus u oġġetti b’valur li jaqbeż €2,329.37 minn żewġ djar differenti fejn kienet taħdem bħala fattiga.

Fit-12 ta’ Frar wara waħda mill-vittmi kienet għamlet rapport lill-Pulizija wara li bdiet tinnota li diversi oġġetti personali kif ukoll biċċiet tal-ġojjellerija kienu qed jisparixxu mid-dar tagħha – fosthom ċurkett tal-għerusija.

Il-qorti sabet lill-imputata ħatja tal-akkużi mġjuba kontriha u kkundanata għal sentejn ħabs sospiżi għal-erba’ snin. Apparti minn hekk ordnat ukoll ordni ta’ trażżin.Il-Qorti ġiet mitluba intalbet toħroġ ordni ta’ protezzjoni favur il-vittmi

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Clayton Abela filwaqt li l-Avukat Marcea Fenech dehret għall-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.