Lokali

Nefqa ta’ aktar minn €389,000 għall-kampanja ta’ reklamar b’rabta mal-Baġit

L-ispiża mill-Gvern għall-kampanja ta’ reklamar b’rabta mal-Baġit 2026 kienet ta’ €389,753.23.

Din in-nefqa iddikjaraha fil-Parlament il-Prim Ministru Robert Abela meta wieġeb mistoqsia tad-Deputat Nazzjonalijta Jerome Caruana Cilia li staqsa lill-Prim Ministru jwieġeb tliet mistoqsijiet parlamentari u jgħid b’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari fejn intqal li “Sadanittant it-tagħrif għadu qed jinġabar”, jista’ l-Prim Ministru issa jagħti rendikont totali tal-ispiża għall-kampanja ta’ reklamar b’rabta mal-Baġit 2026.