Opinjoni

Opinjoni: F’dinja nieqsa mill-paċi

F’dak kollu li għaddej, fil-konflitti, fix-xenarji varji tal-art komuni tagħna, ma hemmx ħafna linji ta’ dawl

Carm Mifsud Bonnici
Shadow Minister għar-Riforma Kostituzzjonali,
l-Identità Nazzjonali u d-Djalogu Interkulturali

  1. Il-pass li ttieħed jkompli jingħaqad ma’ dawk li diġà kellna għaddejna. Flok morna l-kontra ta’ dak kollu li ma qbilniex miegħu b’mod part-ikolari fl-invażjoni tal-Ukrajna qed naraw min isegwi. Dawk li kkundannaw qed jġibu ruħhom f’pożizzjoni fejn jiġu mhux tant imfaħħra. Fl-esperjenza li qed naraw u li rajna anki bis-saħħa militari fejn t-teknoloġija qed tibdel l-metodu li bih l-konflitti jsiru, xorta hemm l-għarfien li ma hemmx rebħiet malajr u sempliċi. Hemm minflok ku-mplikazzjonijiet varji li ma jistrieħux fil-kontinwità attiva jew passiva tagħhom.

Riżentimenti

  1. Dan iktar u iktar fiż-żerriegħa żbalajta li qed naraw tinxteħet f’qalb u moħħ l-bniedem. Mexxejja, kif nafu, jiġu u jmorru f’dan kollu imma dak li jħallu warajhom ma jintilefx meta jitneħħew jew jindifnu. Jibqgħu hemm preżenti jistennew li f’mument jew ieħor joħorġu. F’dan nafu diġà b’dak li għandna imma daqshekk ieħor proprju ser nkomplu naraw b’dak li ġej għalina fil-futur. Wieħed jista’ jaħseb li dak li għaddej ser jsolvi dak li kien qiegħed idejjaq. Jista’ wieħed jim-maġina li l-użu tal-armi militari ser jġib l-bidliet li jrid imma fil-fatt l-istorja li għaddejja turi l-kontra. Dak li għaddej iktar u iktar ma huwiex fil-fatt l-mod ta’ kif jekk ma tagħmilx ħbieb almenu ma żżidtx l-għedewwa
    .
    Kumplikazzjonijiet
  2. Hemm iktar f’dan kollu l-għarfien li ma ssolvix imma ġġib iktar diffikultajiet. Dan huwa preċiż dak li qed naraw għaddej fl-Iran u l-pajjiżi ta’ madwaru. Kienu x’kienu r-raġunijiet li jistgħu jiġu preż-entati lilna f’termini ‘nobbli’ inkella ‘neċessarji’ l-fatt jibqa’ li l-effetti tagħhom qed jsiru raġunijiet ġodda. Ser indumu biex nifhmu li fil-fatt dan kollu ġej minn ġenerazzjoni ta’ politika li għadha taħseb li hija qed taġixxi fil-passat. Ix-xenarju li wieħed jitlaq minnu huwa dak li kienet d-dinja qabel l-ewwel Gwerra Mondjali u timmaġina li tista’ ġġib fis-seħħ mekk-aniżmi li setgħu saru dak iż-żmien bit-tekonoloġija mo-derna tal-lum.

Fejn se nmorru

  1. F’dan iktar l-affarijiet huma iktar diffiċli biex tifhimhom meta tqis li l-kamp tal-battalji nbidel drast-ikament f’dawn is-snin. Wie-ħed ma jsolvix billi joqtol jew jiddistruġġi b’dak li għandu fit-triq militari qawwija u sproporzjonata imma li timxi u taġixxi differentement. Wara l-esperjenżi fl-Iraq u fl-Afganistan flok ttieħdu l-lezzjonijiet sabiex ma nidħlux aktar fihom qed naraw repitizzjonijiet. Inkella għal uħud hija l-korrezzjoni fuq dak li twettaq ħażin qabel. Dan fil-ħsieb kontinwu li hemm min għandu dritt jikser kull ligi internazzjonali u jaġixxi fil-libertà u fin-nuqqas ta’ konsultazzjoni tradizzjonali.

Fil-passat

  1. F’dan kull ma rrid huwa li nħarsu lejn ftit snin ilu sabiex nifhmu kemm kien dejjem aħjar li qabel kull azzjoni jkun hemm disk-ussjoni u djalogu intern. Wieħed li kien jsir u f’dan l-mument qed naraw li ma huwiex. Forsi jista’ jkun hemm min jaħseb li dan juri li xejn ma jista’ jew għandu jwaqqfu. Imma meta taġixxi f’dan x-xenarju ssib ruħek f’pożizzjoni fejn oħrajn jibqgħu lura. Meta titlaq taġixxi u dan biex ma jkollokx telf ta żmien inkella opin-jonijiet differenti tkun hemm. Aktar u aktar meta joħroġ l-għarfien li x-xenarju huwa tant viċin l-Ewropa li b’xi mod jew ieħor ser jiġu involuti. Kif f’dan kollu ser jagixxu ma huwiex faċli quddiem dan il-fatt kompjut. L-Iran mhix Venezuela. Hija ’l bogħod mill-Istati Uniti imma ma hiex minn interessi ekonomiċi varji u pajjiżi ġirien daqshekk strateġik-ament kommessi.

Iktar kumplikazzjonijiet

  1. F’dan huwa iktar ċar li dak li ġej f’dawn l-jiem jista’ jieħu l-pożizzjoni f’direzzjo-nijiet differenti. Kull ġurnata l-inkwiet, l-kunflitt ma huwiex jonqos anzi qiegħed jinfirex b’veloċità ferm iktar. Fejn l-loġika u r-reazzjonijiet ma humiex jimxu id f’id ma’ xulxin imma separatament. Ser jkun hemm attakki varji fejn l-iskop ġenerali dak li jista’ jkun biss li wieħed jwieġeb lejn dak li seħħ.
    Dan ukoll mingħajr direzzjoni politika ċara iktar u iktar fejn hemm ċertament xokk qudd-iem l-fatt li sakemm d-diskussjonijiet kienu għad-dejja ma kienx ser jkun hemm dan l-aġir militari u t-tieni l-effett uman li ġie kaġunat. Ma narax li hemm xi pajjiż li jista’ b’xi mod jaħseb li huwa eżenti milli b’xi mod jintmiss. Xenarju li għandu jkun prijorità fl-inkwiet li kull ma huwa marbut mal-ħajja tagħna huwa fil-fatt minaċċjat. F’dan triq waħda hemm biex jkun hemm stabbiltà lura u dan fl-għarfien li ma huwiex ser jkun hemm paċi qabel l-partijiet jaslu f’forma ta qbil.

Il-vui tagħna

  1. F’dan nistgħu ningħaqdu fil-pożizzjoni iktar soda sabiex d-dinja timxi lejn din d-direzzjoni paċifika.
    Kif nistgħu nsostnu kliem l-Papa Ljun XIV li ddikjara tant tajjeb: “Stability and peace are not achieved through mutual threats, nor through the use of weapons, which sow destr-uction, suffering, and death, but only through reasonable, sincere, and responsible dialogue.” (Stab-biltà u paċi ma jintlaħqux b’theddid reċi-proku, anqas bl-użu tal-armi, li jiżrgħu d-distruzzjoni, sofferenza u l-mewt imma biss b’proċess ta’ djalogu, raġonevoli, sinċier u responsabbli.)
    F’dan kollu ċertament niżb-aljaw jekk naqtgħu qalbna u nitilfu t-tama sabiex l-affarijiet jinbidlu u jieqfu. Hemm bżonn anki f’dawn l-mumenti nagħtu lura vuċi lid-diplomazija.
    F’dinja nieqsa mill-paċi għandna naħdmu aktar u nsemmgħu aktar leħinna sabiex l-konflitti jieqfu.

Dan l-artiklu deher f’Il-Mument tal-Ħadd 8 ta’ Marzu, 2026.