Internazzjonali Kurżitajiet

Oscars 2026: Rekords, kurżitajiet u personalitajiet li mistennija jispikkaw

Fiċ-ċerimonja tal-Academy Awards, li ser issir il-Ħadd li ġej, diversi films u atturi qed jiġbdu l-attenzjoni b’rekords u kurżitajiet ġodda.

Wieħed mill-films li hemm stennija għalih huwa Zootopia 2 li s’issa ġabar madwar $1.86bn madwar id-dinja. Fatt interessanti hu li f’bosta pajjiżi Ewropej il-film jissejjaħ Zootropolis minħabba trademark li kienet seħħet fid-Danimarka, seba’ snin qabel ħareġ l-ewwel film. Dan minħabba li hemm ġnien bl-isem Zootopia.

Attriċi li wkoll qed tikseb suċċess hija Emma Stone. Ta’ 37 sena, hi saret l-iżgħar attriċi li qatt kisbet seba’ nominazzjonijiet għall-Oscar. Hi wkoll l-ewwel u l-unika attriċi li kisbet ħsmes nominazzjonijiet għall-films nominati għall-aqwa stampa.

Chase Infiniti, l-attriċi ta’ One Battle After Another, tidher li kienet destinata għall-karriera tal-films sa mit-twelid tagħha. Isimha huwa ispirat mill-karattru ta’ Nicole Kidman f’Batman Forever, Chase Meridian, filwaqt li Infiniti ġej mill-karattru ta Buzz Lightyear, mill-film animat Toy Story.

Fost l-ismijiet li qed jispikkaw għall-Oscars ta’ din is-sena hemm dak ta’ Jessie Buckley, li tista’ ssir l-ewwel attriċi Irlandiża li tirbaħ l-Oscar għall-Aqwa Attrici. Hi diġà rebħet diversi premjijiet, fosthom il-Golden Globe, Critics Choice u Bafta.

L-attur Brad Pitt għandu nominazzjonijiet f’diversi kategoriji, però kiseb ukoll b’sorpriża n-nominazzjoni ta’ Best Picture. Min-naħa l-oħra huwa ma ġiex nominat għall-aħjar direzzjoni, screenplay jew attur. Dan huwa każ rari li seħħ l-aħħar fl-1991, f’Beauty and the Beast.

Film ieħor li qed jiġbed l-attenzjoni huwa KPop Demon Hunters, li hemm ċans li jirbaħ żewġ kategoriji. Dawn huma l-aqwa muntaġġ animat u l-aqwa diska oriġinali bil-kanzunetta Golden. Jekk iseħħ dan, ikun fost żewġ films oħra li rebħu dawn il-kategoriji flimkien.

Fl-istess waqt Leonardo DiCaprio kiseb nominazzjoni importanti. Fil-film tiegħu One Battle After Another huwa t-12-il film tiegħu li ġie nominat għal Best Picture, u b’hekk laħaq ir-rekord ta’ Robert De Niro.

Fl-aħħar nett, il-film Hamnet qed jiġbed l-attenzjoni għall-mużika tiegħu fl-aħħar xena emozzjonali. Għal din ix-xena ntużat ‘On the Nature of Daylight’ mill-kompożitur Max Ritcher – mużika li diġà ntużat minn diversi diretturi fi produzzjonijiet bħal Arrival, The Handmaid’s Tale, The Last of US fost oħrajn.

Li hu żgur hu, li fl-Oscars ta’ din is-sena se jkun diffiċli biex wieħed ibassar min se jirbaħ.