Lokali

Raġel fil-periklu tal-mewt wara ħabta bejn trakk u forklifter f’barriera


Raġel ta’ 48 sena jinsab jissielet għal ħajtu wara li kien qed isuq forklifter u kien involut f’ħabta ma trakk li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 36 sena residenti l-Imsida.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-07:00 am f’barriera li tinsab fi Triq Ħ’Attard, Ħ’Attard.

Fuq il-post issejħu l-pulizija flimkien ma’ tim mediku sabiex jassistu. U aktar tard ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar assistenza medika fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija, flimkien mal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post taxXogħol għadhom għaddejjin