Fl-istudji tas-social work fl-Università ta’ Malta hemm tliet studenti fis-sitt sena ta’ studju. Fl-ewwel sena jirriżulta li hemm 18.
Dwar in-numru ta’ studenti f’dawn l-istudji tkellem fil-Parlament Clifton Grima, il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni; għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ li staqsiet dwar kemm hemm studenti tas-social work fl-Università ta’ Malta f’kull sena akkademika.
Jirriżulta minn informazzjoni li ngħatat, li fIt-tieni sena ta’ studju hemm 11, fit-tielet sena hemm 15, fir-raba’ sena hemm 13, u fil-ħames sena m’hemm ħadd.
//= $special ?>

